Introduzzjoni
Santa Venera huwa subborg ckejken li jinsab zewg mili l-boghod mill-belt kapitali, Valletta, bejn Birkirkara u Hamrun.
Dan is-subborg kien jaghmel il-bicca l-kbira minnu ma' Birkirkara izda fl-1918, u inqata' mill-matrici tieghu u sar parocca indipendenti. Ittiehdu bicciet minn Birkirkara, kif ukoll bicciet mill-Hamrun, u hekk twaqqfet l-art li nsibuha bhala Santa Venera.
Ghal-ewwel f'din l-art, kull ma konna nsibu xi erba' djar u rziezet. Il-poplu tista; tghid li kien jinsab kollu fi Triq Irjali. Kien hemm ukoll xi zewgt toroq, izda xejn aktar.
Wara t-tieni gwerra, Santa Venera rat spluzjoni ta' popolazzjoni u bini, u dan il-vilagg ma damx wisq ma ghaqqad lil Hamrun u Birkirkara b'toroq kbar min-naha ta' wara. Santa Venera, issa, tinsab maqghuda ukoll ma Tas-Sliema, Marsa u l-Airport, permezz tal-bini tal-mina.
Ghalfejn Santa Venera ?
Santa Venera,hadet isimha minn kapella li tinsab fil-periferija tal-villagg. Din il-kapella hija dedikata lil Santa Venera.
Popolazzjoni
Santa Venera ghandha popolazzjoni ta' 9600. Ta' min jinota li fl-1972 ill-popolazzjoni kienet kwazi sitt elef (6000). Hekk naraw li fi 30 sena, Il-popolazzjoni zdiedet b'aktar minn 3,600.
Arma - Motto
L-arma : Skud maqsum fi tnejn vertikalment : tax-xellug ikhal u tal-lemin isfar. F'nofsha kuruna tar-rand bis-simbolu Pax.
Il-Motto ta' Santa Venera huwa Virtus in infirmitatate per fictur li tfisser Il-virtu tispikka fil-mizerja.
Parocca
L'ewwel knisja f'Santa Venera mbniet fil-1473 u saret Parocca Indipendenti fis-sena 1918.
Festa
Il-festa tal-patruna, Santa Venera, tigi iccelebrata fl-ahhar Hadd ta' Lulju.
Ghafas Hawn Biex Terga Tirritorna Ghal Pagna Principali