Welcome to BUILDING VIRTUAL BRIDGES � The link between Australia and Malta  |   |  |  |  Click on any of the wonderful links below and discover the beauty of the Maltese and Australian culture and history      Please, send us your feedback
MALTESE FOLKLORE
TAJRA TAL-KARTI

Ma hawnx tifel, ghaliex din huwa aktarx loghob tas-subien milk tal-bniet, Ii fi tfulitu ma kellux xi tajra tal-karti Ii jkun ghamlltielu missieru. Dan hu loghob Ii s-subien ihobbuh hafna, gttaliex huwa eccitanti u fih tassew divertiment, u xi kultant periklu wkoll. Il-periklu fih jinsab bilk jecitaw hekk ruhhom u anki jixxabtu fuq il-bjut, Ii mhux l-ewwel darba Ii smajna b'disgrazzji Ii tfal waqghu mine fuq il-bjut.

Imma llum flit Ii xejn tista' tara tfal itajru t-tajra mine fuq il-bjut. Minn mindu l-bjut kollha ndifnu qalb l-arbli tat-televizjoni, dan il-loghob inqata' ghal kollox ghaliex, minbarra Ii ma tistax ittajjar tajra ghax tehillek, tista' wkoll taghmel hsara lill-furketta tat-televizjoni. Ghalhekk il-genituri ma jhallux lil uliedhom itellghu tajr, u b'hekk dan il-loghob, Ii kien hekk popolari fl-antik, issa tista' tghid Ii nqata' ghal kollox.

Niftakar Ii kien ikolli kull tajra daqsiex. Il-forom kollha kien ikollna - ghamla tondo u anki ghamla ta' tork, b'idejh imdawrin fuq qaddu biex maghhom jehel il-qaws. Dak ii-zmien kulhadd kien johloq l-ghamliet differenti u t-tfal kollha jippikaw ma' xulxin ghall-isbah tajra Ii jtellghu, u dan kien isir taht is-sorveljanza tal-missier.




IL-BEXXIEXA

Nahseb li t-tfal tal-lum jitbissmu Ii kellhom jaraw wiehed tal-bexxiexa gfiaddej ibexxex it-toroq fis-sajf. Zgur Ii tkun attrazzjoni ghalihom u jaghtuhom ghors kbir. Issa ejjew naraw, ghal dawk li qatt ma raw, xi tkun din l-imbierka bexxiexa.

Mela, it-toroq fl-antik xejn ma kienu bhal tal-lum. L-asfalt ma kiex ghadu dahal popolari f'pajjizna. It-toroq principali biss kienu jiehdu kura taghhom sewwa. It-toroq l-ohrajn kienu jibqghu bil-gebel u t-trab. Ghalhekk darba kull tant zmien, u l-aktar fis-sajf it-gvern kien jibghat xi erba' baqquniera wiehed f'idejn l-iehor ghall-wisgha tat-triq u jaqilghu t-triq bil-bqaqen taghhom sakemm l-art issir qisha ghalqa.

Imbghad kien jingabar dak Ii nqala' fil-karettuni li jkunu armati bil-kaxxi fuqhom u minfloku jitwaddab it-gebel tal-qawwi u trab tal-franka. Wara, don kien jitbexxex sewwa u mine fuqu jghaddi r-romblu biex iwittih sewwa. Imbghad terga' titwaddab ghata ta' trab iehor, jerga' jixxarrab u jerga' jitwitta bir-romblu.

Imma b'danakollu, kull sajf, l-art kienet tinxef u ssir kollha trab. Ghalhekk kont tara n-nisa, wara Ii jahslu l-art, l-ilma kienu jbixxuh fuq dak it-trab biex iraqqduh, haga li llum giet gustament immaqdra. Imma l-gvern kien jibghat ta' kuljum lil tal-bexxiexa, Ii kien ikun karettun bil-hmar, b'bettija fuqha mimlija bl-ilma mimduda orizzontalment li minn tahtha johrog pipe tal-canvas u fit-tarf tieghu bicca landa taz-zingu kollha toqob.

Ir-ragel kien jorbot it-pipe bil-bocca maghha u jibda jbandalha mine tarf ghall-iehor tat-triq biex hekk johrog l-ilma u jxarrab it-triq. B'hekk l-ilma jkun witta t-trab. Din l-operazzjoni kienet issir kwazi kuljum, fis-sajf biss.




signP

Designed and maintained by Frank L Scicluna- Adelaide - Australia
Launched on the 7 April, 1999
Updated Periodically - Please, visit this site often.

Copyright 2007-08
You are visitor no: