Ma' kull bicca tal-bahar li titfacca fix-xefaq tax-xtajtiet Awstraljani mimlija klandestini, hsibijieti jmorru lura lejn il-vjaggi daqstant difficli, hafna drabi perikoluzi izda mimlijien b'tama u hniena li kienu jigu suggetti ghalihom l-emigranti li telqu minn Malta fil-hamsinijiet.
Il-Maltin emigranti certament ma kienux klandestini anzi kellhom l-approvazzjoni ta' l-awtoritajiet civili kemm Laburisti u Nazzjonalisti sa anki l-barka ta' l-Arcisqof Mikiel Gonzi.
Veru li ma kienx zmien li ssib tikri vapuri malajr. Izda dawk nkarigati biex igorru l-emigranti minn Malta lejn l-Awstralja kellhom hsieb wiehed biss. Inqalftuhom il barra minn Malta kemm jista' jkun malajr ghax l-ekonomija u pajjiz inkisser bil-gwerra ma kienx jiflah ghal daqstant nies. Ma jimpurtax kif inqalftuhom, l-aqwa li jitilqu.
Wara hamsin sena jew iktar il-Maltin li emigraw beda jorganizzaw ir-reunions. F'dawn il-laqghat bdejna nisimghu istejjer ta' tbatija, wahx, degradazzjoni, umiljazzjoni u periklu ghall-sahhithom li garrbu l-emigranti Maltin fil-vjaggi, hafna drabi primittivi li kienu jisfurzaw fuqhom l-awtoritajiet Inglizi, Awstraljani u anke Maltin.
Hafna mill-vapuri li kienu jgorru l-emigranti lil hemm minn Malta kienu "rust-buckets" anki kien hemm minnhom li gew iddikajarati mhux addattati biex igorru passiggieri fi vjagg daqstant twil. L-emigranti qatt ma stennew xi Hilton izda l-inqas l-aghar karrejja f'forma ta' vapur.
Smajna stejjer li jwahhxuk, hafna iddiskrevew il-vjagg taghhom daqs li kieku kienu f'kamp tal-koncertament. L-awtoritajiet Maltin kienu jibghatu ma' dawn l-emigranti kemm welfare officers u anke kappillani izda hafna minn dawn kienu jsibu wens fl-ahjar partijiet tal-vapur, hafna drabi fl-ewwel klassi u jhallu lill-emigranti jfendu ghar-rashom fl-aghar postijiet, isfel fl-istiva minghajr arja tajba, gimghat shah minghajr ilma u kundizzjonijiet igenje primittivi.
Fuq il-vapur kien ikun lussu meta jkun hemm tabib. Postijiet fejn tinhasel ma kienu privati xejn u wara ftit jiem is-sistema tal-pajpijiet kienet timblokka. Facilitajiet tal-laundary ma kienux jezistu. Niftakru li dawn kienu vjagg li jiehu minn xahar ghal xaghrejn shah.
Smajna stejjer ta' tfal jitwieldu mejta wara tbaghtija kbira u jindifnu fil-bahar. Insomma stejjer tal-wahx li l-emigranti ghaddew minnhom biex imorru jfittxu art ohra ghax pajjizna wara li rebah(???) il-gwerra ma kellux xoghol ghalihom.
Dan l-ahhar kellna r-reunion ta� dawk li vjaggaw ma� l-Asturias, dan il-vapur mibni f'Belfast fl-1925 li ghamel 18-il vjagg minn Malta u kaxxkar lejn l-Awstralja 4757 Maltin. L-ewwel vjagg tieghu bil-Maltin, fl-1947 kien ghadu troopship. Il-kundizzjonijiet fuq dan il-vapur ma kienux daqstant hziena izda kien hemm differenza taqsam bejn kif kienu jigu ttrattati l-passigieri Maltin b�paragun ma' l-Inglizi.
Wiehed mill-passigieri ddeskriva x'gara meta wara li l-Asturias ma setghax jidhol Malta minhabba l-maltemp. Il-passigieri Inglizi kellhom jistennew tlett ijiem barra l-port jitbandlu mal-maltemp qalil. Hekk kif il-bahar ikklama u l-Maltin telghu abbort gew milquha b'insulti u botti mill-Inglizi bhallikieku kien tort taghhom li l-Asturias ma setghax jidhol il-port. Il-Maltin sintendi gew mitfuha fid-dormitorji jorqdu fuq il-brandli waqt li l-Inglizi kellhom akkomodazzjoni ferm ahjar.
Wara l-ewwel ikla l-kaptan talab lil Maltin biex jahslu l-platti. Dawn sintendi rrifjutaw u ghamlu hafna protesti tant li l-kaptan hedded li se jnizzilhom f'Port Said. Fuq vapuri ohra smajna ncidenti simili ta' diskriminazzjoni grassa. Minn Malta, l-irgiel tas-sengha li kienu jinghazlu b'tant reqqa u mwieghda genna tal-art kif waslu f� hdan il-kontinenti primittiv gew mehuda f'Canberra f�l-kampijiet tas-suldati. Fix-xitwa kien jinzel il-silg, kundizzjonijiet li l-Maltin ma kienux mdorrijiet bihom.
Il-kundizzjonijiet fuq il-vapur Columbia kienu orribli, ma kienx hemm sodod u halib ghat-tfal, ma kienx hemm kumditajiet ghall-ommijiet li kienu bi tqala u l-inqas ma kien hemm ilma tax-xorb ghal ghaxart ijiem shah. Il-kabini ma kellhom ventilaturi jew fannijiet. Familji gew separati.
Sa kemm dawn il-Maltin waslu l-Awstralja d-dinjita' taghhom kienet imghaffga u nzebilha. Iva, l-vjagg lejn l-Awstralja ma kienx xi xalata. Il-hajja ta' l-emigrant bdiet bil-ghawg mill-mument li gie mpoggi fuq dawk il-vapuri ta� misthija.
Kif ghidna fil-bidu dawk inkarigati mill-emigrazzjoni kellhom mira wahda. Illum meta naghtu harsa lejn dak li sar hamsin sena ilu nsibu li l-metodi li ghamlu uzu minnhom l-Gvernijiet Maltin kienu vicin tal- atti kriminali. Izda l-aqwa li battlu nofs Malta mill-klassi tal-haddiema.
Kienu jahdmu b'ghaggla kbira u bla ebda skruplu jew sens kristjan biex jehilsu minnha izda meta ridna l-ghajnuna taghhom domna nkarrkru snin kbar u ghadhom sal-lum, wara hamsin sena ma jistghux jifhmuna. Biex akkwistajna c-cittadinanza doppja domna niggieldu 25 sena shah u issa bl-ghaqda mal-Ewropa Maghquda se jgibu lil dawk ta' dixxendenza Maltija (izda mhux cittadini) persuni tat-tieni klassi b'paraguni ma dawk li huma membri tal- EU. |