logo
;
The Official Website of the Maltese Language School of Adelaide
Maltese Community Council |  Maltese in Gallipoli  |  Maltese Folklore  |  Aussie Links  |  OZ Maltese-History  |  Where is Malta? |  Knights of Malta  |  Maltese in Australia  |  Rhymes  |  Grandmasters  |  Arts  |  History-1942  |  About me  |  Email

Stagun spettakulari
PARRAMATTA MELITA EAGLES SOCCER CLUB

Minn Lawrence Dimech f’Sydney

eaglesParramatta Melita Eagles rebhu l-kampjunat b'goal ahhari spettakulari li ma hemmx dubju jirrifletti l-mod generali kif nistghu niddiskrivu dan l-istagun 2001/02, stagun mimli successi. Is-sitt darba li rebhu l-kampjunat f’dawn l-ahhar f’46 sena.

Il-goal gie skurjat fl-ahhar hinijiet tal-loghba fl-ahhar round kontra Leichhardt Tigers mill-Malti, Malcolm Mejlak, kien tassew brillanti jekk mhux il-goal ta' l-istagun. Ma setghux spiccaaw b'goal iktar enfatiku.

Il-goal uniku tal-gimgha ta' qabel kontra Fairfield Bulls minn Malti iehor, Ben Delicata ghandu wkoll it-tifsira tieghu. L-ahhar zewg goals ta' l-istagun propju, minn zewg plajers ta' nisel Malti!!

Il-coach, Tam Finlayson stqarr wara l-eforja tar-rebha tal-kampjunat li fl-opinjoni tieghu l-Eagles kellhom l-aqwa skwadra f'dawn l-ahhar ghaxar snin u ta' l-krettu kollu lill-plajers tad-dixxiplina u l-motivazzjoni li wrew tul l-istagun. Qalilna wkoll li stagun iehor mhux se jkun Sydney u mhux se jerga jikkocja lill-Eagles. Dan minhabba li x-xoghol tieghu se jiehdu Brisbane, Qld.

L-Eagles kellhom skwadra formitabbli mimlija b'esperjenza bi players bhal Mark Reveley, Mirko Jurilj, Glenn Sprod, Jason Holmes, Paul O'Grady u Malcolm Mejlak u players eccittanti bhala Geoff Dwyer, Jim Bakis, Ben Delicata, Daniel Cummings, Geoff Howarth. Players ohra li kellhom sehem kbir mir-rebh tal-kampjunat kienu, Mauricio Islas, Daniel Kukucka u Anthony Mondello.

Parramatta Melita bdew l-Premier Summer League f'Ottubru 2001 u sa l-ewwel erba' loghbiet kienu diga tilfu tnejn izda sa l-ahhar tar-round tal-kompetizzjoni propja fis-6 ta' April mhux biss spiccaw fil-quccata tal-Premiership b'hames punti izjed minn Bonnyring White Eagles izda kienu l-iktar tim li skurjaw. Rebhu 17-il partita, tilfu 4 (darbtejn kontra Blacktown), draw darba u skurjaw 61 goal kontra 23 biex rebhu 52 punt.

It-tim ta' l-U19 years spicca fit-tielet post tal-klassifika b’44 punti u ghalhekk Parramatta Melita Eagles FC rebhu wkoll il-Club Championship.

Wara l-ahhar loghba ta' l-ahhar round rajna briju u ferh li konna ilna snin ma naraw meta l-partitarji mlew is-sala tal-Melita Stadium u ferrhu ma' xulxin bil-muzika ta' Vince Bezzina u l-kant ta' "Ma taghmlu xejn ma' tal-Melita" li dam sejjer tard bil-lejl. Il-kumitat ipprovda lil dawk li kien hemm ikel il-lejla kollu bhala sinjal ta' ringrazzjament lil dawk il-partitarji veru li jattendu l-loghbiet ta' dan l-aqwa tim tas-soccer fi NSW Premier League.


douanis
  1. Ritratt juri lil captain tat-tim, Jason Holmes jircievi t-trofew tal-kampjunat minn ghand il-President ta' NSW Soccer Federation, Tom Doumanis.


  2. douanis
  3. Il-plajers, coaches u ufficjali waqt ir-reciviment fis-sala tal-Melita Stadium.


  4. douanis

  5. Il-membri tal-kumitat ferhanin bit-trofew li rebhu Parramatta Melita Eagles FC.

(mix-xellug) Fred Cutajar, Charles Vassallo, Victor Mula, George Ellul, Vince Balzan, John Agius, John Comito u Charles Galea. Mhux fir-ritratt: Alex Kowaliw.


Return to Building Virtual Bridges